Follow-up Meetings
Aġġornament 2021
30 ta’ Novembru 2021



Isma’ hawn:
It-tema ta’ din is-sessjoni kienet iż-żgħażagħ u l-Knisja, dak li qed isir u dak li għaddejna minnu f’dawn l-aħħar sentejn. Smajna stejjer dwar gruppi li fallew u oħrajn li tqawwew u kibru; realtajiet iebsa u oħrajn li jiffjorixxu; is-smigħ taż-żgħażagħ infushom u l-leaders tagħhom. It-team tal-Malta Catholic Youth Network, Benjamin, Emma u Evan, qasmu maghna l-esperjenza ta’ Plexus, il-konferenza li saret ftit ilu mal-leaders u kull min jagħti sehem fil-pastorali maż-żgħażagħ.
Għal aktar informazzjoni dwar x’inhu Plexus u dwar MCYN tista’ żżur din il-link:
Punti li ħarġu mid-diskussjoni
F’atmosfera ta’ apprezzament għall-ħidma li qed issir u ta’ kompassjoni għat-tbatijiet li jeżistu (speċjalment fost l-adoloxxenti, ż-żgħażagħ u min jaħdem magħhom), kellna opportunità biex nifhmu aħjar liż-żgħażagħ u nidentifikaw l-aħjar triq ‘l quddiem. Dawn xi punti li ġew diskussi:
1. Sitwazzjoni tal-adoloxxenti u ż-żagħżagħ
- huwa ta’ uġigħ ta’ qalb meta tara kemm adoloxxenti u żgħażagħ marru lura minħabba l-COVID (speċjalment dawk vulnerabbli)
- ix-xewqa li għandhom għal appartenenza u li jesperjenza il-Knisja bħala “dar”, “familja”
- il-fraġilità: f’dinja kumplessa, b’ħafna diversità u fejn it-trasmissjoni tal-fidi hija fjakka, ħafna isibu ruħhom mingħajr ankra/boxxla;
- il-lingwaġġ li nużaw fit-teoloġija ma jinftiehemx miż-żgħażagħ: hemm bżonn ta’ ħafna impenn sabiex nittraduċu l-Aħbar it-tajba f’lingwaġġ li jmantni r-ruħ ta’ dawn iż-żgħażagħ.
2. Is-saċerdot
- Il-valur li ma nibżgħux nieħdu riskji/nagħmlu proposti sabiex nakkumpanjaw liż-żgħażagħ (anke jekk il-proposti ma jkunux perfetti)
- Il-ħtieġa li nkunu ħsibna sew fuq dak li rridu nikkomunikaw sabiex insibu l-aħjar lingwaġġ
- Essenzjali li aħna stess inkunu “interjorizzati” sabiex isibu fina mhux “żagħżugħ” ieħor iżda adult li joffri mudell sabiħ lil dawk li qed ifittxu li ma jibnux l-identità tagħhom fuq il-konsum u l-immaġni ta’ barra;
3. Sfidi
- Kif ma nħallux l-aspett amministrattiv joqtol il-prijorità pastorali. Issemma l-valur tas-supervision bħala għodda sabiex wieħed jagħti l-qies meħtieġ lill-aspett amminstrattiv u ż-żewġ dimensjonijiet ma jaħdmux kontra xulxin.
- Kif noħolqu bridge bejn dawk iż-żgħażagħ li nilħqu fl-iskejjel sekondarji u dak li jsir fic-chaplaincies fil-post-secondary (MCAST, Junior College, Sixth Forms, Università) kif ukoll il-parroċċi. Hemm min isib postu fl-ambjenti tal-parroċċi u oħrajn li qed ifittxu f’ambjenti oħra.
Mistoqsijiet imħejjija mit-team tal-MCYN li ġew diskussi fil-workshops:
“Jesus went up on a mountainside and called to him those he wanted and they came to him. He appointed twelve that they might be with him and that he might send them out to preach.” Mark 3:13-14
- Pray
- Go Out
- Be Present
- Listen Attentively
- Be the one who empowers
- Create spaces where community can thrive
- Be who you are
Questions
- How have these 2 years been for you?
- Who are the young people in your proximity? Age and spaces
- Which of the statements above resonates mostly with you? How can you grow in this?



