Categories
Formazzjoni kontinwa

Preżenza Diġitali: Għodda, Teologija, kwalità, akkumpanjament

10 ta’ April 2020
Segwi l-kelliema tat-tielet sessjoni.

Mument ta’ talb tal-bidu u avviżi

Wara mument qasir ta’ talb, saret preżentazzjoni qasira tal-għan tas-sessjoni.

Iż-żmien tal-Covid-19 ġabna aktar konxji tar-realtà diġitali fil-ħajja tagħna ta’ kuljum u min-naħa l-oħra tal-limiti tagħha. L-għeluq tal-knejjes għall-quddies – flimkien ma restrizzjonijiet oħra – ġab miegħu ukoll kreattività min-naħa ta’ diversi saċerdoti, parroċċi u entitatijiet oħra sabiex tissaħħaħ il-presenza tal-Knisja viċin tan-nies fir-realtajiet diversi: minn akkumpanjament quddiem l-isfidi – per eżempju fuq livell ta’ saħħa mentali – għal celebrazzjoni tal-fidi u katekeżi.

Din l-għażla ta’ preżenża diġitali titlob ukoll riflessjoni sabiex ma nkunux “ġebla” ta’ ostaklu iżda noqorbu dejjem aktar għal preżenza ta’ fidi għax mibnija fuq il-blata li hu Kristu (ara l-ewwel sessjoni – talk Fr Paul).


Rev. Dr Pete Phillips

Direttur tal-CODEC Research Centre for Digital Theology

Wara li offra perspettiva ħafifa tal-letteratura marbuta mat-tema, identifika numru ta’ elementi neċessarji sabiex nesprimu aħjar x’nifhmu bi preżenza diġitali u l-limitazzjonijiet li hemm.

  • Preżenza fi żmien diġitali iġġib magħha l-faċilità li wieħed jaħbi l-identità tiegħu, dak li jpoġġi jixtered ma’ kullimkien, u t-tendenza li wieħed jipprova jpenġi l-aħjar stampa tiegħu innifsu. Kif ser inkunu presenza awtentika?
  • Preżenza f’dinja diġitali tista’ timplika kemm konnessjoni ma’ nies minn kull post tad-dinja (global village) kif ukoll solitudni minkejja li connected. Kif ser niżviluppaw rabtiet li jibnu t-tajjeb? (Connected for good)
  • Kif ser niċċelebraw is-sagramenti f’dinja diġitali? (Connected toward communion).
  • Ċertu tip ta’ preżenza diġitali tpoġġi emfasi fuq kultura ta’ esperjenza u rikreazzjoni. Kif ma nimbelgħux u nwaqqgħu il-ministeru għal dak li hu superfiċjali jew ridikolu?
  • F’dinja li faċli twassal għal selfie generation, il-presenza tagħna x’ser twassal? Idols or Icons?

Dr Nadia Delicata

Delegat Episkopali għall-Evanġelizzazzjoni

Dr Nadia Delicata fissret kif Covid-19 għinitna nindunaw aktar kemm il-kultura inbidel. L-istess realtà konna ngħixu b’mod differenti f’era fejn d-dinja diġitali ma kienetx teżisti. M’għandniex għażla jekk inkunux konnessi jew le.

  • Pero għandna għażla fuq il-kwalità tal-presenza tagħna: “intelligently digital” – “meaningfully connected”.
  • Kif se nkun “xhud ta’ Kristu” f’din il-kultura ġdida? Kif se nieħdu responsabbiltà fuq livell personali u komunitarju?
  • F’dinja fejn kulħadd konness (b’xi mod qrib) kif se nikkontribwixxu għal ħbiberija awtentika, fi ftuħ għad-djalogu, b’lingwaġġ aktar universali ta’ solidarjetà umana? (ara Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed, 6.6).
  • F’dan il-kuntest ġdid niskopru kif ser nesprimu b’mod dejjem aktar sabiħ ix-xhieda tagħna fil-mod kif inqimu lil Alla, fit-tagħlim profetiku mhux minn fuq għal isfel iżda f’kuntest ta’ akkumpanjament, fil-mod konkret kif ngħixu l-karità.

Din ir-riflessjoni trid tgħinna biex insibu l-aħjar modi kif ngħixu l-umanità tagħna b’mod awtentiku skont il-possibilitajiet li għandna f’dan iż-żmien. (Ara Evangelii Gaudium 224).


Rev. Prof. Saviour Chircop

Fr Saviour Chircop għamel kumment fit-tul dwar il-kultura diġitali.

Jekk id-dinja qed issawwar għamliet ġodda ta’ kommunikazzjoni dan jaffetwa l-ħajjitna u l-ħidmietna bħala mexxejja fil-fidi? Mistoqsija f’waqtha għax: a) aħna mistiedna nidħlu fi djalogu ma’ Alla, u b) aħna nwettqu ħidmietna fi ħdan kommunikazzjoni bejn il-bniedem u Alla li jersaq lejna.

(ara n-nota aktar dettaljata annessa)


Kummenti waqt is-sessjoni:

Fid-diskussjoni tqajmu diversi punti importanti: kif nibnu komunità, s-sagrament ta’ rikonċiljazzjoni u r-realtà online, kif inkunu għas-servizz tal-misteru tal-fidi u mhux performance/iffukati fuqna nfusna, kif inunu konxji tar-realtà tad-dnub li timmarka l-esperjenza online (per eżempju x’jasal u ma jasalx għandna skont il-forzi ta’ poter li jikkontrollaw).

• From Fr Joe Mizzi : Rev Phillipps: What can we do in our transmitted celebrations to present an icon and not an idol?
Pete Phillips : Fr Joe Mizzi – perhaps we need to focus on the mystery of faith rather than providing a focus on performance? How do we engage the body of Christ both as the congregation but also as the universal body of Christ. We shouldn’t see it as an opportunity to draw attention to ourselves???

• From Sebastian Caruana : saret referenza għas-sagramenti; fir-rigward tas-sagrament tar-rikonċiljazzjoni nafu li għandu isir fil-preżenza fiżika tal-persuna. X’inhuma d-diffikultajiet teoloġiċi li jżommu li dan is-sagrament isir wkoll permezz ta’ social media? Fil-każ ta’ persuni li ma jkunux jistgħu jiltaqgħu mal-oħrajn taħseb li tista’ tkun ta’ għajnuna biex dawn jesperjenzaw l-maħfra anke jekk tintuża s-social media?
Pete Phillips : Sebastian. Hope I have translated your question adequately. I think that in extremis we need to allow people to connect with God as much as possible. That perhaps means we ar seeing more need to be fluid in our responses. God’s grace goes beyond the church’s rules…for me. So the more we can get people to connect with God the better. Idols of Grace – not icons of rules.

• From Dun Frans : How can community building be created in digital form? Francis Bonnici to Rev. Phillips
Pete Phillips : Duns Frans – social media is great at creating social engagement. Zoom meetings are popular in the UK – where people can see one another – meeting for coffee and chat. But I know Matthew Pulis does Rosaries online with families.

• From Hector Scerri : To Dr Pete and Dr Nadia: I am fascinated by all these wonderful means of interaction. But the human warmth, the eye-contact and easily perceptible body language are missing or drastically reduced. What is your take at my reaction?

• From Keith Bonnici : Thanks Nadia. You are speaking about doing things in a distinctively Maltese way to connect with the people of God who lives in Malta. What do you see as characteristics of doing things in a distinctively Maltese way? Pete you might have ideas on this too – which would be interesting! I appreciate reverence, authenticity and faithfulness in our hearts, but the Maltification of this??

• From Paul Sciberras : Maybe I can have my take from the Bible itself: some parts were written 3,000 or 2,000 years ago. Definitely, what was said in the Bible took place so much out of my concrete and contemporary context. Yet I know, I feel and I believe that God IS speaking to ME, HERE and NOW. It’s a kind of a particular virtual communication between me and God. When I read the Bible, I can “see” my life written in what was written so many years ago. I can then understand my life when I “see” what is written in the Bible so many years ago… and I can understand what is written in the Bible because I see my own life written there in the Bible itself.

• From Dun Frans : Phoning to priests less present in the community because of age, near collaborators who are at a spatial and psychological distance, priests known only in the seminary is the first witness which we must aim at! Dr Delicata can you comment! Dun Frans
Pete Phillips : Yes – always need to focus on who we are and present something real and authentic. We do not conform to the culture first. Be yourself at all times.


Min jixtieq jaqsam ma’ saċerdoti oħra xi riflessjonijiet li jistgħu isaħħuna f’dan li ġie diskuss, jista’ jikteb f’dan il-link. Dawn jinġabru u jitqassmu lil kulħadd. Kull saċerdot għandu don x’jgħaddi lil ħaddieħor. (Ħossok liberu jekk tixtieqx tniżżel ismek).

Fuq kollox inkomplu nakkumpanjaw lil xulxin bil-preżenza u t-talb.

Categories
Formazzjoni kontinwa

Il-Pastorali tal-Knisja wara Covid-19

3 ta’ April 2020
Segwi l-kelliema tat-tieni sessjoni.

Mument ta’ talb tal-bidu u avviżi

Is-sessjoni bdiet b’talba miktuba minn P. Adolfo Nicolàs SJ u informazzjoni dwar iż-żewġ irtiri li jmiss:

  1. Directed retreat immexxi minn Fr Konrad Grech SJ (Mount St. Joseph – numru limitat) – 22-29 Ġunju
  2. Irtir immexxi minn Fr Daniel Xerri (Dar Stella Maris, Għawdex – preached): 6-10 Lulju.

Fr Fabio Attard SDB:

Artikli minn La Civiltà Cattolica:
Artikli minn L’Osservatore Romano:
Artikli minn Financial Times:
Artikli minn La Croix:
Ġabra ta’ artikli:

Fr Fabio Attard SDB uża l-immaġni ta’ min miexi f’tunnel biex jindika tlett għażliet importanti li jgħinuna naslu f’post aħjar u mhux nirritornaw għall-bidu tat-tunnel. Dan jitlob

(i) riflessjoni ħierġa mill-fidi;

(ii) Inkunu attenti kif nagħmlu l-għażliet li jsiru f’kuntest ta’ emerġenza. L-għażliet kif qed noħduhom? Huma f’konnessjoni mar-realtà? Għandhom l-għeruq fil-Vanġelu?;

(iii) nagħarfu ċ-ċentralità ta’ mixja flimkien (sinodali): Xi tfisser ir-relazzjoni pastorali? Din kif twassal għal tiġdid fil-mod kif jiġi iċċelebrat ir-rit? Kif tmantni d-djakonija?


Mons. Isqof Joseph Galea Curmi:

Mons Isqof Joe Galea Curmi rabat l-esperjenza li ġarrabna tul dawn il-ġimgħat mal-proċess ta’ tiġdid tal-Knisja f’Malta fid-dawl tal-4 attitudnijiet li nsibu f’Evangelii Gaudium. Hekk per eżempju

(i) Knisja li tisma: ġejna aktar konxji tal-importanza tal-Kelma t’Alla. Kif ser nittraduċu dan f’pastorali biblika aktar sħiħa? Is-smiegħ ta’ Alla u tan-nies fir-realtajiet varji kif jgħinna niżviluppaw lingwaġġ li inissel tama mhux skuraġġiment jew paraliżi?

(ii) Knisja li tilqa’: filwaqt li minħabba s-social distancing ġejna aktar konxji tal-valur tal-komunità, issa se nibdew il-quddies b’numri iżgħar. Kif nedukaw għal komunità inklużiva billi dawk li jattendu iservu ta’ pont ma’ oħrajn?;

(iii) Knisja li takkumpanja: kif ser nakkumpanjaw il-familji fl-isfidi li qed jaffaċċjaw? Per eżempju fir-rwol tagħhom bħala l-ewwel edukaturi fil-fidi?

(iv) Knisja li toħroġ: matul il-lockdown stajna napprezzaw kemm l-għeluq mentali jista’ jfisser staġnar. Filwaqt li kellna nwaqqfu ħafna mill-attivitajiet “tas-soltu”, tajjeb ninnutaw x’inhuma l-affarijiet li nibtu u ta’ min isaħħaħ u kif jieħdu prijorità fuq dawk li huma sekondarji.


Prof. Godfrey Baldacchino:

Staqsi permezz ta’ email: [email protected]

Prof. Godfrey Baldacchino indika tliet perspettivi interessanti li jorjentaw il-ministeru tal-qassis f’dan iż-żmien li ġej.

(i) Parti mill-bidla li ser isseħħ fis-soċjetà tiddependi mill-għażliet li nagħmlu aħna. Wara l-esperjenza tal-Covid-19, iddeċidejt li tibdel xi aspett mill-istil tal-ħajja tiegħek? Eż. tuża inqas il-karozza/laqgħat online biex tieħu ħsieb aktar l-ambjent?

(ii) Se nkunu attenti biss għal dak li jidher jew anke għal dak li ma jidhirx? Eż. Hemm nies li kellhom iwaqqfu kors għax il-limiti tad-dar ma jippermettulhomx. Minħabba li l-pandemija ħadet l-attenzjoni kollha faċli l-urġenza tat-tibdil fil-klima ninsewha.

(iii) L-esperjenza tal-Covid-19 ħalliet ferita ta’ suspett bejnietna. Kif ser nibnu komunitajiet fejn ninvestu mhux biss f’bonding social capital (nieħdu ħsieb dawk li komdi magħhom) iżda wkoll fi bridging social capital (fejn nestendu l-id ta’ ħbiberija flok neskludu/ningħalqu).


Kummenti waqt is-sessjoni:

Fid-diskussjoni ħarġu punti konkreti kif nistgħu nittraduċu dan kollu f’għażliet pastorali konkreti. Dan jitlob kreattività li ħierġa minn imħabba pastorali.

  • Filwaqt li naqbel mad-direttivi li ħargu, nixtieq nistaqsi għaliex ma ġewx preżentati lilna s-saċerdoti speċjalment dawk li naħdmu fil-parroċċi l-ewwel, b’tali mod li nkunu nistgħu aħna naraw l-ewwel kif se jaffetwawna, kulħadd skont l-eżiġenzi tal-parroċċa tiegħu? Kif ġara, (bħal ma jispiċċa jiġri dejjem) ħargu fil-media miftuħa għall-pubbliku u kulħadd jinterpretaha kif irid, bir-riżultat li f’sitwazzjoni diġa’ diffiċli biex fiha nwasslu avviżi lill-parruċċani tagħna, iktar inħolqot konfużjoni.
  • Prof. Baldacchino, l-istudenti fil-lecture rooms hija l-komunita’ tiegħi, sħabi l-lecturers huma wkoll il-komunita’ tiegħi, il-parruċċani huma l-komunita’ tiegħi wkoll, in-nies li naf u li ma nafx, dawk li nsejħulhom “tal-periferiji” huma wkoll il-komunita’ tagħna … Tista’ tgħidilna x’hemm komuni f’dawn il-komunitajiet li jagħmilhom il-komunita’ tiegħi u tiegħek u tal-oħra u tal-ieħor …? Għax il-pern tal-ħajja wara covid qisu li huwa IL-KOMUNITA’. Grazzi tal-input tiegħek.

    Godfrey Baldacchino : grazzi tal-kumment. Il-komunitajiet taghna bhalissa huma ghatxana ghal relazzjoni. REACH OUT -anki bit-teknologija
  • Żgur illi wieħed mill-effetti li se jħalli s-social distancing fuq il-ħajja sagramentali hija dwar il-Qrar li hu tant importanti fil-ħajja spiritwali tal-poplu. Barra minn hekk dan jaffettwa wkoll it-tqarbin lill-morda fid-djar tagħhom.

    Godfrey Baldacchino : Veru. Imma nistgħu infittxu spalla u serħan u rifuġju b’modi oħra?
  • Nieħu gost li semmejtu r-refuġjati. Dak li ġara l-bieraħ fil-Marsa, zgur mhux ta’ min ifaħħru imma l-mod kif saret r-rejazzjoni ta’ ħutna l-Maltin xejn m’hi nisranija u jurina kemm qiegħed jikber ir-razziżżmu fostna.

    Godfrey Baldacchino : Iva. Immigranti mingħajr isem mhumiex persuni, imma theddida, problema, pedina politika użata mill-Gvern kontra l-Unjoni Ewropeja … Grazzi ħafna u għamlu kuraġġ 🙂
  • Nixtieq nagħmel premura wkoll biex id-direttivi rigward il-festi ma jinbidlux. Qed ngħid dan għaliex fuq facebook bosta qed jistaqsu rigward permess biex isiru xi konsiderazzjonijiet skont il-parroċċi individwali.

    Grazzi u prosit.

Min jixtieq jaqsam ma’ saċerdoti oħra xi riflessjonijiet li jistgħu isaħħuna f’dan li ġie diskuss, jista’ jikteb f’dan il-link. Dawn jinġabru u jitqassmu lil kulħadd. Kull saċerdot għandu don x’jgħaddi lil ħaddieħor. (Ħossok liberu jekk tixtieqx tniżżel ismek).

Fuq kollox inkomplu nakkumpanjaw lil xulxin bil-preżenza u t-talb.

Categories
Formazzjoni kontinwa

Il-Ministeru Saċerdotali f’dan iż-żmien

27 ta’ Mejju 2020
Kelliema:
  • Mons. Arċisqof Charles Jude Scicluna,
  • Rev. Dr Paul Sciberras,
  • Rev. Dr Gerard Fieldhouse-Byrne
Segwi l-kelliema tal-ewwel sessjoni.

L-ewwel sessjoni ta’ formazzjoni online għalina s-saċerdoti kienet okkażjoni tajba biex napprezzaw il-grazzja li aħna presbiterju u nissaħħu fl-identità tagħna.

L-istess mument informali tal-bidu kien opportunità biex nerġgħu naraw l-uċuħ u l-varjetà sabiħa li aħna.


Fil-mument ta’ talb tal-bidu

  • inġbarna fis-skiet ta’ Alla l-Missier li joħloq u jġib l-ordni mill-kaos permezz tal-Kelma tiegħu (Mużiċist kbir mhux dak li jagħmel ħafna storbju iżda dak li jisma’ … u l-problemi jinbidlu f’opportunità – Ezio Bosso);
  • ħallejna lil Ġesù jitlob għalina “sabiex inkunu ħaġa waħda”;
  • tlabna l-qawwa tal-Ispirtu sabiex nidħlu fl-istorja tal-Irxoxt li jiftaħ futur, mhux tal-akkużatur li jaqtgħalna qalbna.

It-tliet kelliema għenuna nirreferu għall-għejun tal-ispiritwalità tagħna – il-Kelma t’Alla, l-identità tagħna ħierġa mill-umanità, mill-Magħmudija u mis-Sagrament tal-Ordni. Offrewlna wkoll mistoqsijiet importanti li jgħinuna nissaħħu fl-identità u ninfetħu għall-futur.

Dawn jinkludu:

Fr Paul Sciberras:

  • X’inhu dak li jagħmilni dak li verament jien? Kemm inħossni tassew “maħtuf” minnu (Fil 3:12)? Kemm naf li “ħabbni u ta ħajtu għalija” (Gal 2:20)? X’hemm żejjed f’ħajti u f’ħidmieti? X’qed nagħmel żejjed, li ma jħallilix wisa’ għal dak li tassew jgħodd u jiswa?
  • Il-blat tal-komunjoni, tas-solidarjetà u tas-sinodalità u r-ramel tal-isparpaljar qegħdin iċaqalqulna l-identità tagħna, il-metodi u l-għażliet pastorali tagħna?
  • It-twieqi tal-opportunitajiet li fetħilna u għalqilna l-virus liema huma? Fejn ħallewna? Dawn it-twieqi x’qalulna, x’qed jgħidulna fuq min aħna, fuq għandniex x’nibdlu, x’għandna nibdlu?
  • Kif nużaw dan iż-żmien għal riflessjoni u ippjanar sabiex ix-xmara ma ġġorniex magħha?

Mons. Arċisqof:

  • Dan iż-żmien kif qed jistedinna biex nissaħħu bħala għassiesa? Għall-ħarsien tas-saħħa tagħna u tal-ħin tagħna? X’jgħinna biex ikollna l-paċi u presence of mind biex il-ħin nużawh tajjeb, ikollna l-paċi interna għas-servizz tal-poplu?
  • Kif insibu quality time għat-talb sabiex bil-faraġ li nirċievu mingħand Alla nistgħu infarrġu lil ħutna, bħala fil-bżonn ta’ ħafna faraġ quddiem l-ansjetajiet tas-sitwazzjoni?
  • X’jgħinna fil-kura pastorali tagħna? Kif ser inkunu preżenti għall-poplu kemm permezz tal-interċessjoni kemm f’kuntatt reali?

Fr Gerard Fieldhouse-Byrne:

  • Emfasizza l-attitudni ta’ Curious commitment:
  • How to be creative and generative (rather than focusing on what we are losing)?
  • Your priesthood hasn’t changed: how do you manifest that? From the security of that truth (priesthood), how to renew, enable, enliven that?
  • How do you learn from the People of God on how to grow in your priestly identity and mission?

Kummenti waqt is-sessjoni:

  1. Hekk kif id-Dipartiment tas-Saħħa qed jagħmel pjan ta’ dak li jkun jista’ jerga’ jibda jsir, għandna nieħdu l-opportunita’ li nagħmlu pjan ahna wkoll li jindika ċertu prijoritajiet fil-ħidma pastorali tagħna? Eżempju: Qrar organizzat tajjeb li mhux marbut maċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa – anke biex naqdu iktar aħjar lil dawk li jiġu?
  2. Jien u nisma’ t-tliet kelliema, ma stajtx ma niftakarx fil-ktieb ta’ Neħemija u l-esperjenza ta’ Esdra u l-komunita’ li ġiet lura mill-Eżilju: komunita’ li TISMA’ b’attenzjoni, li TIĊĊELEBRA (kif nistgħu, imma fuq kollox internament), li (eventwalment) TOĦROĠ. Nissuggerixxi li naqraw lil Neħemija.
  3. Bħala għajnuna għal dak li qasam magħna Fr Paul, fl-aħħar tal-prezentazzjoni tiegħu, rigward il-liturġija domestika, dan l-aħħar ġimgħat ġiet żviluppata din l-għajnuna: www.bekidsmalta.com
  4. Isemma’ t-talb mal-poplu u għall-poplu. Nissuġġerixxi li nfittxu ħin biex bħala saċerdoti nitolbu flimkien. Inħallu lill-Mulej jgħaqqadna aktar.
  5. X’qed jiġi previst li ser tkun id-dinja post Covid? Jekk b’xi mod ma jkollniex xi tip ta’ previżjoni ma nistgħux inħejju/nippjanaw għal dan!
  6. Nixtieq ngħid grazzi lil Mons Arċisqof tal-impenn li ħa li jżomm viċinanza permezz tal-mezzi tax-xandir. Hija ta’ konsolazzjoni għal ħafna.
  7. Bonġu u prosit ta l-inizjattiva.
  8. Grazzi talli konna ftit flimkien. Għandna bżonn aktar solidarjetà bejnietna.

Min jixtieq jaqsam ma’ saċerdoti oħra xi riflessjonijiet li jistgħu isaħħuna fl-identità u l-ministeru tagħna, jista’ jikteb f’dan il-link. Dawn jinġabru u jitqassmu lil kulħadd. Kull saċerdot għandu don x’jgħaddi lil ħaddieħor. (Ħossok liberu jekk tixtieqx tniżżel ismek).

Fuq kollox inkomplu nakkumpanjaw lil xulxin bil-preżenza u t-talb.