Categories
Formazzjoni kontinwa

Il-Ministeru Saċerdotali f’dan iż-żmien

27 ta’ Mejju 2020
Kelliema:
  • Mons. Arċisqof Charles Jude Scicluna,
  • Rev. Dr Paul Sciberras,
  • Rev. Dr Gerard Fieldhouse-Byrne
Segwi l-kelliema tal-ewwel sessjoni.

L-ewwel sessjoni ta’ formazzjoni online għalina s-saċerdoti kienet okkażjoni tajba biex napprezzaw il-grazzja li aħna presbiterju u nissaħħu fl-identità tagħna.

L-istess mument informali tal-bidu kien opportunità biex nerġgħu naraw l-uċuħ u l-varjetà sabiħa li aħna.


Fil-mument ta’ talb tal-bidu

  • inġbarna fis-skiet ta’ Alla l-Missier li joħloq u jġib l-ordni mill-kaos permezz tal-Kelma tiegħu (Mużiċist kbir mhux dak li jagħmel ħafna storbju iżda dak li jisma’ … u l-problemi jinbidlu f’opportunità – Ezio Bosso);
  • ħallejna lil Ġesù jitlob għalina “sabiex inkunu ħaġa waħda”;
  • tlabna l-qawwa tal-Ispirtu sabiex nidħlu fl-istorja tal-Irxoxt li jiftaħ futur, mhux tal-akkużatur li jaqtgħalna qalbna.

It-tliet kelliema għenuna nirreferu għall-għejun tal-ispiritwalità tagħna – il-Kelma t’Alla, l-identità tagħna ħierġa mill-umanità, mill-Magħmudija u mis-Sagrament tal-Ordni. Offrewlna wkoll mistoqsijiet importanti li jgħinuna nissaħħu fl-identità u ninfetħu għall-futur.

Dawn jinkludu:

Fr Paul Sciberras:

  • X’inhu dak li jagħmilni dak li verament jien? Kemm inħossni tassew “maħtuf” minnu (Fil 3:12)? Kemm naf li “ħabbni u ta ħajtu għalija” (Gal 2:20)? X’hemm żejjed f’ħajti u f’ħidmieti? X’qed nagħmel żejjed, li ma jħallilix wisa’ għal dak li tassew jgħodd u jiswa?
  • Il-blat tal-komunjoni, tas-solidarjetà u tas-sinodalità u r-ramel tal-isparpaljar qegħdin iċaqalqulna l-identità tagħna, il-metodi u l-għażliet pastorali tagħna?
  • It-twieqi tal-opportunitajiet li fetħilna u għalqilna l-virus liema huma? Fejn ħallewna? Dawn it-twieqi x’qalulna, x’qed jgħidulna fuq min aħna, fuq għandniex x’nibdlu, x’għandna nibdlu?
  • Kif nużaw dan iż-żmien għal riflessjoni u ippjanar sabiex ix-xmara ma ġġorniex magħha?

Mons. Arċisqof:

  • Dan iż-żmien kif qed jistedinna biex nissaħħu bħala għassiesa? Għall-ħarsien tas-saħħa tagħna u tal-ħin tagħna? X’jgħinna biex ikollna l-paċi u presence of mind biex il-ħin nużawh tajjeb, ikollna l-paċi interna għas-servizz tal-poplu?
  • Kif insibu quality time għat-talb sabiex bil-faraġ li nirċievu mingħand Alla nistgħu infarrġu lil ħutna, bħala fil-bżonn ta’ ħafna faraġ quddiem l-ansjetajiet tas-sitwazzjoni?
  • X’jgħinna fil-kura pastorali tagħna? Kif ser inkunu preżenti għall-poplu kemm permezz tal-interċessjoni kemm f’kuntatt reali?

Fr Gerard Fieldhouse-Byrne:

  • Emfasizza l-attitudni ta’ Curious commitment:
  • How to be creative and generative (rather than focusing on what we are losing)?
  • Your priesthood hasn’t changed: how do you manifest that? From the security of that truth (priesthood), how to renew, enable, enliven that?
  • How do you learn from the People of God on how to grow in your priestly identity and mission?

Kummenti waqt is-sessjoni:

  1. Hekk kif id-Dipartiment tas-Saħħa qed jagħmel pjan ta’ dak li jkun jista’ jerga’ jibda jsir, għandna nieħdu l-opportunita’ li nagħmlu pjan ahna wkoll li jindika ċertu prijoritajiet fil-ħidma pastorali tagħna? Eżempju: Qrar organizzat tajjeb li mhux marbut maċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa – anke biex naqdu iktar aħjar lil dawk li jiġu?
  2. Jien u nisma’ t-tliet kelliema, ma stajtx ma niftakarx fil-ktieb ta’ Neħemija u l-esperjenza ta’ Esdra u l-komunita’ li ġiet lura mill-Eżilju: komunita’ li TISMA’ b’attenzjoni, li TIĊĊELEBRA (kif nistgħu, imma fuq kollox internament), li (eventwalment) TOĦROĠ. Nissuggerixxi li naqraw lil Neħemija.
  3. Bħala għajnuna għal dak li qasam magħna Fr Paul, fl-aħħar tal-prezentazzjoni tiegħu, rigward il-liturġija domestika, dan l-aħħar ġimgħat ġiet żviluppata din l-għajnuna: www.bekidsmalta.com
  4. Isemma’ t-talb mal-poplu u għall-poplu. Nissuġġerixxi li nfittxu ħin biex bħala saċerdoti nitolbu flimkien. Inħallu lill-Mulej jgħaqqadna aktar.
  5. X’qed jiġi previst li ser tkun id-dinja post Covid? Jekk b’xi mod ma jkollniex xi tip ta’ previżjoni ma nistgħux inħejju/nippjanaw għal dan!
  6. Nixtieq ngħid grazzi lil Mons Arċisqof tal-impenn li ħa li jżomm viċinanza permezz tal-mezzi tax-xandir. Hija ta’ konsolazzjoni għal ħafna.
  7. Bonġu u prosit ta l-inizjattiva.
  8. Grazzi talli konna ftit flimkien. Għandna bżonn aktar solidarjetà bejnietna.

Min jixtieq jaqsam ma’ saċerdoti oħra xi riflessjonijiet li jistgħu isaħħuna fl-identità u l-ministeru tagħna, jista’ jikteb f’dan il-link. Dawn jinġabru u jitqassmu lil kulħadd. Kull saċerdot għandu don x’jgħaddi lil ħaddieħor. (Ħossok liberu jekk tixtieqx tniżżel ismek).

Fuq kollox inkomplu nakkumpanjaw lil xulxin bil-preżenza u t-talb.